Home / Series / Noli / Aired Order /

All Seasons

Season 1

Season 2

  • S02E01 Episode 1

    • January 19, 2023

    Nibdew it-tieni staġun ta’ Noli billi naraw x’kien ħolom Des. Kif kienet mietet Catherine u għaliex kien kontinwament iwaħħal fih innifsu? L-iskwadra tal-pulizija ltaqgħu bħas-soltu, iżda spiċċaw billi kulħadd jgħid tiegħu. May include - Violence, Sex, Discrimination, Drugs, Alcohol, Foul Language May include - Violence, Sex, Discrimination, Drugs, Alcohol, Foul Language

  • S02E02 Episode 2

    • January 26, 2023

    George interrogat lil Noel, x’qalilhom dwar id-droga u għaliex dam ma fetħilomx il-bieb iżda telaq jiġri? X’qalilha dwar il-munita li l-pulizija sabu taħt is-seat tal-karozza tiegħu? Des u Henriette tkellmu dwar dak li kien ġara ... May include - Violence, Gore, Sex, Discrimination, Foul Language, Alcohol and Drug abuse May include - Violence, Sex, Discrimination, Drugs, Alcohol, Foul Language

  • S02E03 Episode 3

    • February 2, 2023

    Illum niltaqgħu mal-vittma... John Mamo. John instab mejjet b’idejh miftuħin u bil-munita ta’ għaxar ċenteżmi f’idejh. Waqt intervista George talbet l-għajnuna tal-pubbliku u semmiet xi każi simili... iżda għaliex Benjamin ma ħax pjaċir? May include - Violence, Gore, Sex, Discrimination, Foul Language, Alcohol and Drug abuse May include - Violence, Sex, Discrimination, Drugs, Alcohol, Foul Language

  • S02E04 Episode 4

    • February 9, 2023

    Nibdew l-episodju billi naraw lil Georgia fil-kamra ta' Lion. Fl-immaġinazzjoni tagħha kienet qed tkellem lil Erika Grech... ħabbat il-bieb... kien Benjamin... għaliex irrabjat miegħu? Hu ħaseb li ma għadiex tafdah... għalhekk qaltlu biex jidħol fil-kamra ta' Lion. May include - Violence, Gore, Sex, Discrimination, Foul Language, Alcohol and Drug abuse

  • S02E05 Episode 5

    • February 16, 2023

    Troy kien konvint li Maxine ma riditx tiltaqa’ miegħu mhux għax ma setatx. Xi ħadd ċempel lil George u wissiha fuq xi ħaġa altrimenti kien se jieħu ħsiebha hu. Sadanittant John u Maxine waslu l-farmhouse l-għada li kienu marru l-oħrajn. May include - Violence, Gore, Sex, Discrimination, Foul Language, Alcohol and Drug abuse

  • S02E06 Episode 6

    • February 23, 2023

    Il-mobajl ta’ Maxine instab... x’filmat kien hemm fuqu? Lorna wriethom filmat ta’ xi persuni ħerġin minn ġol-bar... lil min għarfet Monica? Il-pulizija marru d-dar tal-Prof Busuttil... x’qaltilhom martu? X’alibi kellu l-professur? May include - Violence, Gore, Sex, Discrimination, Foul Language, Alcohol and Drug abuse

  • S02E07 Episode 7

    • March 2, 2023

    Nibdew l-episodju billi niltaqgħu ma’ Tristan u Frances... din il-koppja miżżewġa kienu jaħdmu flimkien. Des, Henriette u Benjamin tkellmu bejniethom għaliex ma għadhomx jafdaw lill-xulxin u għalhekk xi ħadd minnhom it-tnejn kellu jiġi trasferit. Żeppi rċieva telefonata mingħand xi ħadd li qallu li kien se jgħin lil George... għaliex ma tantx għandu fiduċja fih? Fejn marret Frances? Min hu Clive u min kien qiegħed għassa tagħha? George marret tiltaqa’ ma’ Żeppi ... x’qalu dwar dak li kien qed iċemplilhom fl-anonimat? Meta marret lura d-dar George sabet tape... fuqu kien hemm leħen Lion jitlobha tiġi għalih... X’ġara?... x’marret tagħmel fil-kappella u lil min rat? May include - Violence, Gore, Sex, Discrimination, Foul Language, Alcohol and Drug abuse

  • S02E08 Episode 8

    • March 9, 2023

    X’logħoba qed jilgħabu Frances u Tristan? Għaliex Frances qed tiltaqa’ ma’ Clive bil-barka ta’ Tristan? X’ġaralha Georgia? Ninsabu d-dar ta’ Benjamin fejn Pia qaltlu li għandha appuntament mat-tabib... għaliex qaltlu li ma kellux għalfejn imur magħha? Clive miżżewweg lit-tabiba Greta u taħdem l-isptar. Georgia bħalissa tinsab b’umur tassew iswed... naraw min se jeħel ma’ rasha. Betsy u Carol bdew jitkellmu fuq Lorna meta daħal Zack... x’qal dwarha li belħitkom it-tnejn? Fejn hi George? X’ġara meta Frances kienet sejra tiltaqa’ ma’ Clive fil-lukanda? Xi ħadd ċempel lil Benjamin u qallu li kienu semgħu sparatura Wied il-Għajn... x’ġara meta daħlu fil-kamra?... x’sabu? May include - Violence, Gore, Sex, Discrimination, Foul Language, Alcohol and Drug abuse

  • S02E09 Episode 9

    • March 17, 2023

    Zack u Fiona nterrogaw lil-Tristan forsi jkollhom xi tarf ma xiex jaqbdu. Kif qed iħossu Tristan issa li spiċċa waħdu? X’qalilhom dwar ir-relazzjoni li kellu ma’ martu u man-nies barra r-relazzjoni tagħhom? U Matteo fiex daħal? Philip Lanzon mar id-depot biex jiġi nterrogat. X’ġara u Benjamin għaliex qal lil George li jaf li hi reġgħet bdiet tixrob u jaqbillha tieqaf għax inkella......? Philip qal li kien kiteb lil Clive biex jgħidlu li Frances kienet qed tittradih... kiteb ukoll lil Greta... x’ġara meta rċevew il-messaġġ? Clive irrakkonta x’kien għamel xħin irċieva l-messaġġ u għaliex irrealizza li martu kienet tassew mara bla qalb? Benjamin mar l-ispiżerij biex jixtri l-pinnoli lil Pia... x’qallu l-ispiżjar. Nergħu mmorru lura fil-lukanda fejn naraw lil Frances u lil Clive... x’intqal? F’dan l-episodju nsiru nafu min qatel lil Frances u għaliex. May include - Violence, Gore, Sex, Discrimination, Foul Language, Alcohol and Drug abuse

  • S02E10 Episode 10

    • March 30, 2023

    Nibdew billi nsibu ruħna fil-kamra ta’ George u nisimgħu lil Lion fuq it-tape. Wara naraw lil Henriette ħdejn il-baħar fejn tiltaqa’ ma’ Valerie l-ħabiba ta’ Des. X’qaltilha dwar il-ħajja ta’ Des u għaliex imwerwer? Wara li Henriette saret taf xi ħaġa mportanti dwar il-ħajja ta’ Des, marret tfittxu d-dar tiegħu... x’għamlet xħin fetħilha? Georgia kienet għadha fil-kamra ta’ Lion u dak ir-raġel misterjuż reġa’ ċemplilha... x’qalilha li għandha tagħmel? Malcolm irċieva messaġġ biex hu u Brenda jiltaqgħu miegħu u ma’Carmen peress li kien ilhom ma jiltaqgħu. Marru lkoll ġo bar u tassew ħadu pjaċir... iżda x’ġara? Min resaq lejhom biex ikellimhom? X’qalilhom daqshekk inkwetanti. Jane kienet qed tiġġoggja meta rat xi ħaġa li ġibditilha l-attenzjoni... x’rat? May include - Violence, Gore, Sex, Discrimination, Foul Language, Alcohol and Drug abuse